Il-Forzi Armati ta’ Malta kitbu fuq il-paġna tagħhom biex jikkonfermaw li rnexxielhom isalvaw fekruna li kienet tinsab fil-periklu. Il-voluntiera ta’ Nature Trust Malta raw lil din il-fekruna u ġibdu l-attenzjoni tal-Forzi Armati biex jgħinuhom isalvawha.
Huma spjegaw, “Il-Ħadd li għadda, Nature Trust Malta ġibdet l-attenzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta għal fekruna fil-periklu li rawha bejn l-inħawi ta’ Sa Maison u Haywharf. Ħaddiema mit-tim marittimu tal-Forzi Armati rnexxielhom isibu u jsalvaw lill-fekruna, li mbagħad ingħatat lill-ħaddiema ta’ Nature Trust Malta.”
Nirringrazzjaw mill-qalb lill-voluntiera u lill-Forzi Armati ta’ Malta ta’ kemm -il darba rnexxielhom jgħinu lill-voluntiera biex isalvaw l-annimali fil-bżonn. Il-ħidma kontinwa tagħhom hi apprezzata mmens.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)