Il-paġna tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet dwar dak li qal l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi llum fil-Ġublew tal-Ħaddiema.

Kitbu, “Illum fil-Ġublew tal-Ħaddiema, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi ċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, B’Kara. Fl-omelija l-Isqof tkellem dwar il-ġustizzja, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-valur tal-ħidma. Qal kif il-festa li qed niċċelebraw illum tagħtina xbieha li tgħaqqad flimkien ix-xogħol u l-familja ta’ Nażaret. San Ġużepp għaraf li x-xogħol huwa iktar minn mezz biex ngħixu; huwa sehem fil-ħolqien ta’ Alla; mhuwiex kastig imma sejħa li għandha tissarraf f’ġid għas-soċjetà.”

Żiedu, “L-Isqof fakkarna li għandna nistaqsu lilna nfusna kemm verament qed inqiegħdu l-ewwel il-ġid tal-persuna umana fis-soċjetà tal-lum, hi min hi: "Kemm qed nistmaw lil dawk li ġejjin minn pajjiżi oħra u li llum kontinwament narawhom fit-trasport pubbliku, fl-isptarijiet, fid-djar tal-anzjani, fir-restaurants, fil-ġbir tal-iskart u f’tant ħidmiet oħra?"

Facebook / Archdiocese of Malta


Gabriella Borg