Fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali Taż-Żejtun, ġie miktub dwar ħarġa organizzata għat-tfal li rebħu quiz dwar l-istorja taż-Żejtun.

Fuq il-paġna spjegaw, “Ftit taż-żmien ilu sar quiz mal-istudenti tas-sitt sena rigward l-istorja taż-Żejtun. Għalhekk, il-Kunsillier responsabbli s-Sur Anton Aquilina organizza ħarġa kulturali għar-rebbieħa.”

Żiedu jgħidu, “Din kienet tinkludi dawra bil-ferrovija, waqfa qasira ġewwa Ġnien l-Għannejja, Żjara fil-Knisja ta' San Girgor u fl-aħħar kielu ikla lkoll flimkien. Matul din il-ħarġa kompla jagħti aktar informazzjoni rigward l-istorja. L-għan ta' dawn l-attivitajiet huwa li nkomplu nħarġu lill-istudenti tagħna u jifhmu aktar huma minn fejn ġejjin.”

Idea tassew interessanti għaliex permezz ta’ din il-ħarġa, it-tfal qegħdin jitgħallmu iktar dwar il-post minn fejn ġejjin filwaqt li jieħdu pjaċir ma’ sħabhom.

Facebook / Kunsill Lokali Żejtun - Żejtun Local Council


Gabriella Borg