F’Jum il-Ħaddiem, Bjorn Formosa kiteb messaġġ b’dedikazzjoni lill-ħaddiema kollha u fakkar f’meta hu kien beda bħala ħaddiem.
Bjorn kiteb, “Illum Jum il-Ħaddiem. Niftakar… kont bdejt b’mopp f’idi, naħsel l-art u nnaddaf il-platti. Dak kien ix-xogħol li stajt insib dak iż-żmien. Tgħallimt li kull xogħol hu importanti. Imbagħad wasal dak il-mument li minn waiter spiċċajt marketing assistant – bla kwalifiki, bla diploma, imma b’qalb li trid taħdem u tagħmel differenza.”
Żied jgħid, “Illum, minn din is-sodda, għadni nħossni ħaddiem. Għax kull ġurnata li tgħix għal ħaddieħor, int qed taħdem għal dinja aħjar. Grazzi lil kull min jaħdem b’qalb. Grazzi lil min qatt ma jaqta’ qalbu. Miegħek Jien.”
Hu appella biex jingħataw id-donazzjonijiet ħalli DAR Bjorn tkun tista’ tibqa’ tagħmel tant ġid f’pajjiżna.
Facebook / Bjorn Formosa