Fleur Cilia Buckett li għadha kif għalqet 50 sena batiet  bil-bosta f’ħajjitha, fejn dak li normalment persuna waħda forsi ġġarrab traġedja tul ħajja waħda, Fleur rat quddiem għajnejha jseħħu bil-gzuz traġedji atroċi, waħda wara 'l oħra.

Fleur tgħidilna li “ Ta’ 13-il sena ħassejt li ommi qiegħda tmut allavolja kont għadni ma nafx eżattament x’qed jiġri." Infatti joħroġ kanċer fis-sider ta’ ommha u din titlef il-battalja ta’ 46 sena biss filwaqt li Fleur kienet għadha tfajla żgħira ta’ 17-il sena.  

Mhux hekk biss, ftit wara din il-marda qerrieda titfaċċa anka f’oħtha ż-żgħira. Kull ma’ kellha oħtha kienu tmintax-il sena. L-istess bħal ommha, il-kanċer jinstab f’sidirha u baqa’ sakemm infirex ma’ ġisimha kollu. Oħtha tissielet għal 20 sena battalja kontinwa, fejn qattgħat ħafna ħin bejn l-erba’ ħitani tal-isptar.

F’din l-istess sena, Fleur, ta’ 39, lejliet il-Milied ta’ 2009, tirċievi l-aħbar li hi wkoll għandha kanċer f’sidirha.

Minn hawn tibda terapija kontinwa ta’ raġġi għal 6 xhur sħaħ, għal 5 darbiet kuljum. L-effetti ma kinux sbieħ, sa anka l-karnaġġon pallidu tagħha nbidel għal wieħed iswed.  Fleur titlef ukoll il-kontrol ta’ idejha x-xellugija, fejn ikollha tieħu fiżjoterapaija għal 6 xhur oħra sabiex iġġib lura moviment fiha.  

Ta’ 42 sena jkollha wkoll tagħmel hysterectomy li ddum biex tirkupra minna sena, fejn normalment pazjenta tieħu 6 ġimgħat. Dan seħħ minħabba li kienet eżawsta għaliex kienet qed tieħu ħsieb lil oħtha wkoll. Sfortunatament f’din l-istess sena, oħtha titlef il-battalja tal-kanċer, ta’ 39 sena.

d

Missierha wkoll jitfaċċalu kanċer tas-sider fl-eta’ ta’ 86 sena u sfortunatament imut kaġun ta’ dan.

Fis-sena 2009 Fleur issib ruħha xhieda ta’ delitt makabru li jseħħ quddiem għajnejha stess, il-qtil ta’ ġara tagħha. Dawn kienu ħbieb meta kienu iżgħar u reġgħu ltaqgħu meta bdew joqgħodu fl-istess blokka ta’ appartamenti. Kawża ta’ dan l-inkubu, titfaċċa marda oħra magħrufa bħalha ‘Grave’s Disease’. Din taffettwa l-glandoli tat-thyroid li jkollhom jitneħħew.  

Fuq nota pożittiva, lejliet l-ewwel tas-sena, 31 ta’ Diċembru 2020, Fleur tirċievi l-aħbar sabiħa li finalment wara 10 snin trattament tinsab libera mill-kanċer

Minkejja dan kollu Fleur dejjem għażlet li ma tkunx vittma ta’ dawn it-traġedji u tisħet xortiha, iżda rikkieba li toħroġ dejjem rebbieħa fuq id-destin tagħha. Din il-mara kuraġġuża għandha 2 muturi enormi, u ilha sewwieqa tal-mutur minn mindu kellha 30 sena.  Fleur taqsam magħna wkoll li ddur bosta skejjel sabiex titkellem fuq l-esperjenza tagħha. Hija torganizza wkoll bike ride fl-1 ħadd ta’ kull Otturbu sabiex il-flus li jinġabru jingħataw lil organizzazjoni ta’ Charity Action for Breast Cancer Foundation. Hija ddur bi gwienaħ roża ta’ anġlu (għaliex oħtha kienet tħobb ħafna l-anġli) fuq il-mutur tagħha. Nistgħu ngħidu li Fleur hija wkoll anġlu ta’ inspirazzjoni u għal dawk il-vittmi tal-kanċer li tgħin bis-saħħa tal-flus li jirnexxielha tiġbor.

Il-motto ta’ Fleur huwa,PMA. Dawn l-inizjali għaliha jfissru positive, mental, attitude.

Grazzi Fleur tal-ħin li tajtna u onorajtna bl-ispirtu żagħżugħ u tant kuraġġuż tiegħek.

k

Facebook / Fleur Marie Cilia Buckett          Facebook / The island rider


Rowena Calleja