Bħall-bieraħ 23 sena ilu kien ħalliena tifel qaddis ta’ 15-il sena, Gilbert Simiana.  Dan il-ġuvni kien student il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi kif ukol membru tal-Mużew.

Loraine, oħtu, tgħidilna li wara l-mewt tiegħu bdew jibagħtulhom ħafna nies li qed jaqilgħu ħafna grazzji.

Gilbert trabba f’familja normalissima, missieru kien għalliem ffilwaqt li ommu kienet taħdem f’ħanut tal-ħwejjeġ, fi triq traffikuża r-Rabat u kellu żewġt aħwa. Iżda fil-ħajja tiegħu Gilbert kien tifel straordinarju. Apparti li kien fuq ruħu u jħobb ħafna l-futbol kien tifel li jgħallem bl-eżempji tiegħu u dejjem ipoġġi lil kulħadd qabel hu nnifsu. Fil-brejk kien waqaf jilgħab sabiex joqgħod ma’ tifel li ma kellux kilwa u biex ma jħallihx waħdu li ma jistax jilgħab mal-oħrajn. Gilbert kien ukoll umli u dejjem jikkoreġi bi ħlewwa liema bħalha. 

Dan il-ġuvni twieled fl-1 ta’ Mejju 1982. Oħtu kellha biss seba’ snin meta twieled u kienet tħobbu mmens. Lejliet li kien ser jagħlaq 10 snin, Gilbert iħoss uġigħ ta’ ras qawwi. Ħaduh jiġri għand speċjalista fejn bagħtu l-isptar biex jagħmel iktar testijiet u jirriżulta li għandu tumur f’rasu. Isifruh l-Ingilterra għal xi testijiet u t-tabib spjega kollox lil Gilbert dwar x’ser jiġri.

Kliem Gilbert lil oħtu kienu, “Issa nista’ nurih kemm jien speċjali lil bambin. Għedtlek li jien speċjali.”

Dan it-tifel jaffaċċja l-marda bit-tbatijijet kollha li ġġib magħha b’fidi u kuraġġ kbir. Il-quċċata ta’ ħajtu tispikka meta bir-rakkomandazzjoni ta’ Papal Nunzjo, Gilbert jirnexxielu jiltaqa’ Ma’ Papa Ġwanni Pawlu II.

a

Monsinjur Laboa kif ukoll l-Arċisqof Scicluna jirreferi għal dan it-tifel bħala ‘D-Domeniko Savio ta’ Malta’ u dan it-tfajjel Malti llum huwa qaddis.

Oħtu tgħidilna, “Għandna napprezzaw anka l-affarijet iż-żgħar li jiġru madwarna, li huma wkoll grazzji pero aħna għandna t-tendenza li niħduhom forgranted. Għandna wkoll naċċettaw ir-rieda ta’ Alla li mhux dejjem faċli iżda b’tama u fidi qawwija bħal ma kellu ħija nafdawh f’ħajjitna u nħalluh imexxina għal ġid ta’ ruħna.”

Grazzi lil Loraine Simiana tal-ħin li tatna sabiex taqsam magħna l-istorja tant sabiħa ta’ ħuha, Gilbert Simiana li għadna naraw il-frott tal-ġid li għamel f’ħajtu sal-lum, 23 sena wara mewtu.

Facebook / Gilbert Simiana. Bijografiji Youtube,


Rowena Calleja