Ian Pintley kien wieħed mill-persuni li kien qed jgħin biex l-istatwa ta’ San Gaetano titla' Ruma u titbierek mill-Papa. Hu spjega l-esperjenza tiegħu u daħal fid-dettall dwar il-karattru tal-Papa Franġisku.
Qal, “Tkun qisek qed tgħix ġo ħolma, avolja tkun qed tiffoka fuq l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġru għax mhix faċli nerġa ngħidlek, qed titkellem ma’ entità li għandha l-protokolli tagħha, u l-protokolli nbidlu minn tlett ijiem qabel ħabba s-sigurtà tal-Papa. Kellna ndawru l-programm. Minflok il-vara daħlet, kellha toħroġ allura ħadniha ġurnata qabel hemmhekk biex minn hemmhekk ħriġna mbaghad via rikonċiljazzjoni fejn spiċċat imbagħad quddiem il-kappella fl-istess triq.”
Żied jgħid, “Kien bniedem vera trankwill, tħossok komda ġifieri tista’ tgħidlu li trid. Jiena kemm għedtlu biex jitlob għalija għax naf li kien hemm kju ta’ nies jistennew u ma ridniex nieħdu l-ħin kollu tagħna. Kont emozzjonat ħafna ngħidlek il-verità wara din il-biċċa xogħol u naħseb mhux jien biss imma kull min kien hemmhekk.”
Facebook / Popolin