Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ ta’ kuraġġ fuq il-paġna tagħha ddedikat għal min hu għaddej minn żminijiet diffiċli, speċjalment fejn jidħol is-suċċess. 

Hi kitbet, “Tħalli lil ħadd jisraqlek mill-ferħ ta' ħajtek jew jaqtagħlek qalbek. Iva għal ċerti nies biex jasal is-suċċess trid tbati ħafna ħafna u t-telgħa tkun iebsa, u għal xi nies tkun faċli għax jafu kif għandhom jgħaddu u forsi wkoll ikunu parti minn klikka ta' ħażen. Imma wara li tistinka u tbati, u tara l-quċċata bl-għajnuna t'Alla hemm tħoss bħal nifs ġdid f'ħajtek. Agħmel kuraġġ u ibqa' emmen fik innfisek.”

Nirringrazzjawha ta’ dawn il-kelmtejn profondi. Dan hu kliem li important nżommu f’moħħna meta jkollna bżonn xi ftit kuraġġ.

Facebook / Maria La Barokka Muscat


Gabriella Borg