Sfortunatament, fuq il-paġna Vassallo Group Malta ntefgħet aħbar xejn sabiħa.
Dan għaliex ħalliet din id-dinja Rose Camilleri, oħt il-kbira ta’ Nazzareno Vassallo li ddeskrivewha bħala “pilastru fil-familja Vassallo.” “Hi ħalliet jibkuha lil żewġha Paul u lit-tfal tagħha Joe, Charles u Richard, flimkien man-neputijiet,” kitbu Vassallo Group.
Il-funeral ta’ Rose se jsir għada fit-8:30 ġewwa l-Mosta. Kondoljanzi lill-familjari kollha tagħha.