Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese Of Gozo qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit jiem mid-djarju tal-Isqof Anton hekk kif riċentament qatta’ jiem ta’ mistrieħ u formazzjoni ġewwa Gubbio.

Huma qalu, “Bejn Ħadd il-Għid u l-Ħamis 24 ta’ April, l-Isqof Anton qatta’ ftit jiem ta’ mistrieħ u formazzjoni f’Gubbio, flimkien ma’ grupp ta’ saċerdoti żgħar residenti l-Italja. Filgħodu, wara wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, kien isir mument ta’ formazzjoni fuq it-tema tat-tama fl-okkażjoni ta’ dan il-Ġublew, li tmexxew minn Fra Enrico, patri Franġiskan li jgħix fl-istess belt, fil-Monasteru ta’ Santa Maria della Vittoria, fejn it-tradizzjoni tgħid li San Franġisk immansa lupu li kien qiegħed jhedded li joqtol in-nies ta’ Gubbio, kif ukoll mis-Sorijiet Klarissi ta’ Gubbio.”

Komplew billi żiedu, “Wara dan il-mument ta’ formazzjoni, il-grupp żar diversi postijiet, fosthom Assisi, Loreto u l-għerien ta’ Frasassi, fejn għexu mumenti ta’ fraternità, fi spirtu wkoll ta’ talb għall-Papa Franġisku li ħalliena fl-istess żmien.”


Charlton Cefai