Illum huwa jum il-Ħaddiem, jum dedikat għall-ħaddiema u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn is-soċjetà. F’dan il-jum tajjeb ukoll li niftakru f’dawk li mietu fuq il-post tax-xogħol, jew f’dawn li mietu minħabba l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, it-tim wara l-paġna Għal jean Paul qalu, “Speċjalment illum u kull jum, niftakru fil-ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-lant tax-xogħol. F'qalbi u f'kull fibra ta' ġismi hemm ibni l-għażiż li hu vittma fis-settur tal-kostruzzjoni. Nwiegħed li nibqa' nitkellem f'ismu u f'isem kull ħaddiem li kien vittma tan-nuqqas ta' regoli, osservar u dixxiplina!”

Niftakru fil-memorja ta’ dawk kollha li ħallewna fuq il-post tax-xogħol.


Charlton Cefai