Proprju lbieraħ 30 ta’ April jaħbat l-anniversarju ta’ meta Celine Dion rebħet il-Eurovision Song Contest, fejn tista’ tgħid kien bidu f’saħħtu għall-karriera tagħha. Celine Dion rebħet għall-Isvizzera permezz tal-kanunetta Ne partez pas sans moi, fejn għaddiet biss lir-Renju Unit b’punt.

Din kienet tfisser it-tieni rebħa għall-Isvizzera hekk kif oriġinarjament rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Eurovision fl-1956. It-tielet rebħa tal-Isvizzera kellha proprju tiġi wara 36 sena, hekk kif rebħu l-edizzjoni tas-sena l-oħra.

Għalkemm dakinhar Malta ma kinitx tipparteċipa fil-Eurovision, xorta waħda kien jinsab f’qalb il-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment hekk kif Malta kienet diġà ipparteċipat fil-festival 3 darbiet. Hawn min jiftakar lil Celine Dion tirbaħ?

Facebook/Céline Dion


Charlton Cefai