Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor nagħtu bidu għall-programm tal-lum ta’ Come Dine With Me li huwa l-aħħar programm ta’ din il-ġimgħa. Baqalna biss naraw lil Ramona fejn permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Come Dine With Me qalu, “Illejla, Ramona se tilqa’ lill-kontestanti l-oħrajn għal pranzu b’tema speċjali tal-għażla tagħha. Taħsbu li l-menu tagħha se jkun suċċess jew falliment? Tkunu tafu dalwaqt fuq Come Dine With ME- illejla fid-8.45pm fuq TVM.”

S'issa morna nieklu għand Marvic li ġab 19-il punt, Abigail li ġabet 25 punt, Martin li ġab 27 punt u Brian li ġab 29 punt u b’hekk għadu fiċ-ċans li jirbah l-elf ewro ta’ din il-ġimgħa!

Tgħid ser jirnexxielha ġġib aktar punti Ramona?

Facebook/Come Dine With Me Malta


Charlton Cefai