Sidt il-qattusa qasmet xi ritratti tal-qattusa tagħha li ħarbet mid-dar tagħha ġewwa Ħal Qormi. Fuq il-mezzi soċjali Sharon Rose Micallef titkeb, "Dawn huma ritratti ta’ Sunshine li għadha mitlufa. Hija ħarbet mid-dar fi Triq Patri G. Spiteri Fremond, Qormi, inħawi ta’ San Bastjan."

Hi żżid tgħid, "Hija ilha nieqsa mill-Ġimgħa 23. Hija qattusa ta' ġewwa probabbilment bil-ġuħ u mbeżżgħa. Jekk issibha jew għandek informazzjoni dwarha jekk jogħġbok ikkuntattja lil Julian Micallef fuq 7777 4455. Qed jiġi offrut premju ġeneruż għar-ritorn sigur tagħha. Grazzi."

Nittamaw li s-sidien ta' din il-qattusa jsibuha ħalli jserrħu rashom u hi tirritorna f'dar mimlija mħabba!


Emil Calleja Bayliss