Sue Rossi, tiġi omm Valentina Rossi li llum il-ġurnata żgur li m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Sue tista' tgħid għadha friska miż-żwieġ tagħha ma' Frank Grima u jidher li mit-tieġ tagħha... issa bdew għaddejjin il-preparamenti għat-tieġ ta' Valentina.

Sue ma kinitx taf li Carlos kien se jipproponi lil Valentina, dan kien madwar sentejn ilu. Meta mistoqsija dwar jekk hux ħa tkun eċitata għat-tieġ tat-tifla, Sue rrispondiet: "uġigħ ta' ras kbir dat-tieġ, anqas irridu jersaq."

Sue tgħid li l-affarijiet li trid tagħmel Valentina, anke l-affarijiet li jinvolvu lilha dirett trid tistenna mingħandha u li jkollha l-approvazzjoni tagħha. Sue tgħid l-iktar ħaġa importanti hi li Valentina tkun kuntenta.

Prime Time / ONE


Emil Calleja Bayliss