F'intervista li l-attriċi Rita Camilleri tat ma' din il-paġna tistqarr li hi xi ftit mistħija. Infatti Rita tammetti, "Forsi se jkun hawn min mhux se jemminni imma jiena persuna mistħija. Meta nkun mistiedna tieġ il-qatla tiegħi meta jitolbuni biex naqra fil-knisja għax hemmhekk inkun Rita Camillieri."

Hi tkompli tispjega li żgur li t-teatru jgħinha tikseb il-kunfidenza tagħha, "Meta nkun fuq il-palk l-istorja tkun differenti. It-teatru lili għeni ħafna noħroġ minn dik il-qoxra li kont fiha meta kont żagħżugħa. Pero' għadni sal-lum il-ġurnata persuna introverti."

Fl-istess intervista Rita tistqarr, "Jiena trabbejt waħdi allavolja għandi erba' ħuti oħra. Dejjem kont maqtugħa għalija. Kont inħoss li minn ġewwa għandi xi ħaġa nieqsa u t-teatru kienet dik il-ħaġa li mlitli dak in-nuqqas li kont qed nħoss dak iż-żmien."

Hawn taħt tistgħu ssegwu l-ewwel parti ta' din l-intervista!

Facebook / Rita Camilleri


Emil Calleja Bayliss