Il-Ministru Roderick Galdes ilbieraħ tard filgħaxija ħabbar il-mewt tal-għażiż missieru. Hu qasam ritratt miegħu u kiteb messaġġ qasir.

Hu kiteb, "Strieħ fis-Sliem Missier. Għamilt tant sagrifiċċji biex rajtna nwettqu l-ħolm tagħna. Batejt tbatija liema bħala biex rajt li l-familja ma jonqosha xejn."

Il-Ministru jkompli jikteb, "Għallimtna nimxu l-ewwel passi waħedna u żgurajt li dejjem inżommu saqajna mal-art f’kull deċiżjoni li nieħdu. Kont it-tarka tagħna f’kull mument. Inħobbuk Pa."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-Ministru Galdes u l-familja kollha tiegħu f'dan il-mument tant diffiċli. Strieħ fis-sliem għażiż u kompli ħares lill-maħbubin tiegħek.


Emil Calleja Bayliss