Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes sellem il-memorja ta’ Charlie Galdes li kien magħruf bħala l-Bux, li sfortunatament ħalliena riċentament.

Hu beda billi qal, “Strieħ fis-sliem Charlie Galdes magħruf ma’ bosta bħala l-Bux. Grazzi tal-appoġġ li dejjem sibt mingħandek.”

Kompla billi żied jgħid, “Mur gawdi l-mistrieħ ta’ dejjem mal-familjari u l-ħbieb li ħallewna. Nibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha.”

Mit-tim ta’ gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.

Facebook/Roderick Galdes


Charlton Cefai