Il-ħsejjes tat-traffiku jistgħu jagħmlu mpatt fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-Gżejjer Maltin. Biex jinstabu soluzzjonijiet effettivi, qed isir studju li jħares lejn għażliet infrastrutturali li jtaffu mill-ħsejjes tat-traffiku. Għaldaqstant, l-opinjoni tal-pubbliku hija importanti f'dan il-proċess biex wieħed jifhem l-importanza u l-interess ta’ dawn is-soluzzjonijiet effettivi u sostenibbli fil-komunità.   

Għalhekk, qed jiġi organizzat stħarriġ qasir biex jinġabru fehmiet u ideat mill-pubbliku dwar il-miżuri proposti li jgħinu fl-iżvilupp tal-istudju msemmi. Din hija opportunità biex inti tagħti l-kontribut tiegħek sabiex jiġu identifikati soluzzjonijiet fl-istudju li jikkunsidraw l-interess u l-qbil tiegħek dwar l-għażliet infrastrutturali biex jitnaqqsu l-ħsejjes tat-traffiku.

Għaliex dan l-istudju huwa importanti?

  • Jgħin biex tkun studjata l-effiċjenza ta' diversi miżuri kontra l-ħsejjes tat-traffiku u kemm dawn il-miżuri huma sostenibbli;
  • Jagħti stampa aktar ċara ta' kif il-pubbliku jħares lejn soluzzjonijiet differenti;
  • Jgħin lill-awtoritajiet biex jieħdu deċiżjonijiet ikkalkulati wkoll fuq il-perċezzjoni pubblika u fuq dak li hu aċċettabbli għall-pubbliku.

X'jinvolvi l-istħarriġ?

  • Jieħu inqas minn 5 minuti biex jitlesta;
  • Huwa anonimu u l-informazzjoni miġbura se tintuża esklussivament għall-iskopijiet tal-istudju u riċerka.


Jekk tixtieq tagħti sehmek fl-istħarriġ, agħfas HAWN



Emil Calleja Bayliss