L-isptar Williamson tal-Amerka qasmet ritratti ta’ tewmin tat-twelid imlibbsin kostumi magħmulin bl-idejn ta’ Elvis Presley u Dolly Parton, li ukoll twieldu f’Jannar. Ir-ritratti ħelwin wisq mal-ewwel daru mal-internet kollu hekk kif kulħadd beda’ jiggustahom. Waħda mit-trabi saħansitra tefgħulha gitarra f’idha biex tgħaqqad il-kostum, flimkien ma’ kappell forma ta’ parrokka bajda, li jixbaħ xagħar Dolly Parton li huwa dejjem ogħli u magħmul perfett. It-tifel ukoll ġie mlibbes kappell forma ta’ xagħar Elvis sewda tuta.

L-isptar irrimarka l-impatt li Presley u Parton għamlu fix-xena tal-mużika u fid-dinja. “Eċitati biex naraw l-ispirazzjoni li jieħdu dawn it-tewmin minn Dolly Parton u Elvis Presley, imorru fejn imorru fil-ħajja” qal.

Williamson Health


Nicole Zammit