Familja Amerikana kienet ixxukjata malli saret taf li l-ġisem ta’ persuna familjari, li huma taw bħala donazzjoni għar-riċerka, fil-verita ġie mibjugħ biex jiġi splodut.

Doris Stauffer mietet bil-kundizzjoni tal-Alzheimer, u t-tifel tagħha ddeċieda li l-ġisem ta’ ommu jingħata donazzjoni biex issir riċerka newroloġika fuq moħħha.

Wara li l-karti kollha neċessarji ġew mimlija, t-tifel ta’ Doris irċieva l-fdalijiet t’ommhu mill-krematorju mingħajr ma ġie avżat kif ġisimha ġie użat, għalhekk ir-Reuters iddeċidew li jinvestigaw dan il-każ.

Instab li l-fdalijiet li rċieva Jim, it-tifel ta’ Doris, kienu biss mill-idejn t’ommhu, filwaqt li l-kumplament ta’ ġisimha ġie mibjugħ u mibgħut lill-armata Amerikana, fejn ġie splodut bħala parti minn proġett ta’ riċerka dwar splussivi.

tifel

Skond Reuters, ġisem Doris kien wieħed minn 20 li intużaw għal dan l-istess esperiment, mingħajr il-kunsens tad-donaturi jew familjari. L-iġsma ġew mibjugħa għal madwar €5,295 kull wieħed.

Il-familja ta’ Doris issa fetħu kawża fuq BRC li huwa ċ-ċentru li ħa l-ġisem ta' omm Jim. Dan iċ-ċentru huwa wieħed tar-riċerka bioloġika li għalaq fl-2014 mill-FBI fuq bażi ta' prattiċita’ llegali.


Luke Borg