Ilbieraħ, 13 ta’ Marzu 2021, saret maratona organizzata mill-Missio Malta sabiex il-missjunarji jkunu jistgħu jgħinu l-foqra madwar l-Afrika, Asja u l-Amerka t’isfel. Is-somma sabiħa li nġabret tammonta għal €441,843. Fil-maratona pparteċipaw bosta personalitajiet Maltin,kantanti, mużiċisti, fosthom Aidan Cassar, Petra Zammit, William Mangion u Kurt Calleja.

Din l-organizzazjoni qed tiċċelebra għeluq id-90 sena ta’ xogħol missjunarju fis-seħħ. Missio Malta hija parti minn għaqda internazzjonali li tikkonsisti minn missjunarji li jaħdmu mal-foqra kif ukoll ma’ min hu sinjur sabiex jgħinu fl-iżvilupp ta’ postijijet li huma fi bżonn ta’ progress. Bis-saħħa tal-fondi li nġabru dawn ser ikunu qed jgħinu għal min għandu bżonn b’mod urġenti ikel bażiku, mediċina, xelter kif ukoll proġetti sostenibbli bħal agrikoltura, edukazzjoni u investiment f’mexxejja li jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għal ġenerazzjonijiet mhux biss kurrenti iżda wkoll dawk fil-futur. L-għan huwa li dawn il-komunitajiet ikunu jistgħu jiġu indipendenti sabiex ma jibqgħux jiddependu minn għajnuna esterjuri.

Grazzi ta’ din is-somma sabiħa u prosit tax-xogħol u dedikazzjoni mingħandna Gwida.mt.

Facebook / Missio Malta


Rowena Calleja