Ira Losco taqsam ħsieb personali tagħha dwar id-dehra fiżika. Hija tgħid li bla dubju ma fiha xejn ħażin li mara tkun imbiddla. Anzi hija tbiddel ħafna drabi u jkollha makeup mill-artista Diane. Iżda tgħid ukoll li meta kienet iżgħar ma kinitx tħossha komda mkien jekk ma jkollix il-makeup kollu kif suppost.

“Ħaditli ftit żmien sabiex insir inħobb kif nidher mingħajr ħafna makeup. Ma hemm xejn ħażin li tkun imbiddla u rtukkjata. Jien fuq kollox ma nistax ngħid xi ħaġa ħażina tikkunsidra kemm-il darba biddilt u kemm għamlitli makeup Diane għal dehriet differenti biex nagħmel il-vidjows mużikali u xows f’dawn l-aħħar 20 sena. Iżda wasalt f’punt f’ħajti meta kelli 20 li ma kont inħossni nista’ mmur imkien mingħajr ma jkolli l-makeup kollu. Nassumi li kienet tip ta’ insigurtà. Illum tgħallimt nifhem li kemm bil-, u kemm bla makeup, dan ma jibdel xejn dwarek innifsek. Jiġu ġranet fejn inħobb nuża’ makeup mill-inqas. Dehra faċli u ta’ malajr għal omm li dejjem għaddejja. Il-ġurnata t-tajba u kunu ġentili ma’ xulxin.”

Grazzi Ira ta’ dan il-messaġġ sabiħ, sabiex kulħadd iħobb lilu nnifsu anka jekk mhux dejjem irtukkjat.

Facebook / Ira Losco


Rowena Calleja