Fl-Afganistan, il-mexxejja preżenti li jsejħu lilhom infushom bħala ‘t-Taliban’ għadhom kemm ħarġu diversi liġijiet ġodda bil-maġġoranza jmorru kontra d-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, dawn il-liġijiet imorru kontra d-drittijiet tan-nisa. Dawn il-liġijiet huma immirati biex joħolqu kontroll aktar qawwi fuq in-nisa.
F’ liġi ġdida, in-nisa ta’ dan il-pajjiż ma jistgħux jirkbu ajruplan jekk ma jkunux fil-kumpanija ta’ raġel mill-familja tagħhom. Liġi oħra partikolari hi li l-ħaddiema tal-gvern irid ikollhom il-leħja, u min le jista’ jitkeċċa. Din il-liġi hija b’mod speċjali immirata biex tillimita l-ħaddiema nisa minn mal-gvern. Riċentament, it-Taliban għalqu wkoll l-iskejjel għan-nisa f’ pajjiżhom, ftit sigħat biss wara li dawn fetħu.