Dan il-filmat ittieħed apposta sabiex jagħti tagħlima lil min għandu tendenza jħalli l-kelb tiegħu waħdu anka għal ftit mumenti qosra. Il-filmat jibda bi tfajla tħalli lil kelb tagħha barra ħanut u torbtu miċ-ċinga mal-ħadid. Iżda appena li sid il-kelb titlaq titfaċċa persuna b’ġakketta u rasha mgħottija u tibda tmelles lill-kelb. Wara ftit ittih xi ħaġa xi jnaqqar sabiex tirbaħ iktar il-fiduċja tiegħu. Imbagħad tibda tħares madwarha u kif ma jkun hemm ħadd toħroġ imqass u taqta’ ċ-ċinga. Wara tidħol tiġri bil-kelb fil-karozza. B'xorti tajba sid il-kelb tilħaq toħroġ u tilħaq il-karozza għadha fl-istess post. Din jirnexxielha tieħu l-kelb tagħha lura.

Attenti għaliex allavolja dan il-filmat huwa rreċtat din xorta waħda tista’ sseħħ.

Facebook / Dog Bless You


Rowena Calleja