Il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann immexxi mis-Sindku Trevor Fenech jaqsam ix-xogħol li sar dan l-aħħar fil-lokalità. Fejn grazzi għal Project Green, ir-residenti Ġwanniżi għandhom spazju ieħor xi jgawdu!

Infatti fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali huma jiktbu, "Inkomplu nagħmlu San Gwann aħjar. Spazju li qabel kien abbandunat illum sar utli, ġnien u spazju biex jitgawda minn kulħadd."

<> Huma jkomplu jiktbu, "Dan huwa wkoll post fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu dwar l-importanza tan-naħal għall-ambjent. Dan sar bil-kooperazzjoni ta’ Project Green. L-idea tagħna hi li nkomplu noħolqu spazji miftuħa bħal dawn kull fejn ikun hemm spazju."

Nittamaw li x-xogħol jibqa' għaddej fil-kunsill lokali kollha madwar Malta u Għawdex. Xogħol li ċertament qed igawdu minnhom ir-residenti f'dawn il-lokalitajiet.

Facebook / San Gwann Local Council


Emil Calleja Bayliss