Ir-rapper żagħżugħ Ike Mizzi, magħruf mill-pubbliku wara l-parteċipazzjoni tiegħu fuq Malta's Got Talent u fil-Junior Eurovision Song Contest flimkien ma' Kaya, għadu kif ġibed l-attenzjoni bl-aħħar kanzunetta tiegħu li ġġib l-isem Sorry I'm Late.

Kanzunetta li toħroġ b’vibe frisk u ħoss modern li jolqot direttament lill-ġenerazzjoni żagħżugħa. Kanzunetta li għandha taħlita ta’ hip-hop, b'elementi melodiċi, u lirika personali, Ike juri maturità artistika li qiegħda tiżviluppa pass pass.

Il-kanzunetta tittratta t-tema tal-ħajja mgħaġġla, pressjoni soċjali, u t-tfittxija għal sinifikat f’dinja fejn kulħadd jidher li jrid jgħaġġel biex ilaħħaq.Il-kanzunetta diġà bdiet tiġbor reazzjonijiet pożittivi fuq YouTube u Spotify.

Nawgurawlek aktar suċċessi Ike!


Emil Calleja Bayliss