Anzjani residenti fil-Furjana tkellmu mas-sit lokali Times of Malta fejn spjegaw li qed iħossuhom sfurzati joqogħdu ġewwa djarhom kull meta jkun qed jiġi ospitat xi avveniment kbir fuq il-Fosos.
Huma jitkellmu kif affarijiet sempliċi ta’ kuljum qed isiru kumplikati minħabba l-ostakli li qed jitlaqgħu magħhom. Biss biss ħafna drabi qed ikollhom jimxi distanzi ferm itwal fil-ġimgħa li jkun qed jittella' l-avveniment.
Residenta qalet lil Times of Malta, "Sirna belt tal-kunċerti. Kull darba, inħossuna msakkra ġewwa djarna. Jagħlqu t-toroq u jitolbuna mmexxu l-karozzi tagħna minn ħdejn djarna," qalet Doreen Gatt.
Dakinhar tal-kunċert ta’ Robbie Williams, Gatt qalet li lanqas setgħet tmur id-dar ta’ oħtha, l-kantuniera bogħod għax l-uffiċjal tal-pulizija ma kienx ħalliha tgħaddi. Il-ħabiba tagħha, Marie Therese Camilleri ta’ 82 sena, ma tistax tifhem għaliex it-toroq jingħalqu jiem qabel l-avveniment proprju.
Mara anzjana li tuża l-għajnuna biex timxi qalet li anke l-ġnien ikun magħluq minn jiem qabel u jkollha ddur id-dawra minnflok jgħaddu minn ġo fih!
Facenppl / Floriana Local Council