Huwa sabiħ ħafna li nkunu twajba ma' xulxin. M'hawnx isbaħ mill-paċi u tajjeb li fejn nistgħu nevitaw xi argument. Madanakollu dan ma jfissirx li għandna nħallu lilna nfusna nkunu użati jew stmati ta' tapit.

Oliver Scicluna għadda parir mill-ġdid permezz tal-profil tiegħu fejn jitkellem dwar l-importanza li nirrispettaw lilna nfusna u dak il-potenzjal li għandna. Oliver jikteb,

"Ser ikun hemm min iħares lejk l'isfel apposta biex int tħossok inqas, imma fil-fond ta' qalbu jaf li int aħjar minnu u għalekk jagħmel hekk. Tħallix lil min jixxotta jdejh fik, qum, stenbaħ u imxi 'l quddiem bil-potenzjal kollu li għandekk. Illum."

Prosit kbira Oliver għal dawn l-erba' kelmiet b'saħħithom.


Kyle Zarb