Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Janice Mangion. Kantanta li rajnieha f'tant festivals lokali fosthom KKI, Mużika Mużika u l-Malta Eurovision. 

Meta nagħtu ħarsa lejn il-karriera tagħha Janice żgur tibqa' msemmija għall-kanzunetta li tant serqet qlub Kewkba (Emil Calleja Bayliss / Mark Scicluna) li biha klassifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision 2017.

"Għeluq snini llum! Sena oħra bit-tlajja' u nżul tagħha, għaddiet. Nilqgħu sena oħra bi tbissima, bi proġetti ġodda. Grata għal kull min jinsab f'ħajti. Napprezzakom kuljum!," tikteb Janice. Bosta kitbulha l-awgurju tagħhom fil-kummenti.

Awguri mill-qalb Janice!


Kyle Zarb