Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said illum qed tfakkar ġurnata speċjali għaliha, sena minn meta laqgħet it-tifla fid-dinja. Sena minn meta saret omm għall-ewwel darba, jum li żgur se jibqa’ għażiż għaliha.

“Sena mill-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna meta ngħaqdet magħna. Sena minn meta tajniek l-ewwel tgħanniqa u f’għajnejk rajna imħabba kbira,” kitbet Bugeja Said, hekk kif awgurat lil Margaux f’għeluq sninha, filwaqt li tgħidilha kemm tħobbha.

Hi qasmet ritratt tal-familja tagħha tiċċelebra din il-ġurnata speċjali imdawra b'tiżjin roża. Spikkaw ħafna n-nokkli sofor taċ-ċkejkna wkoll. Bosta kienu li awguraw liċ-ċkejkna Margaux f’għeluq sninha, fosthom il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar.

Awguri kbira mingħandna, Margaux!


Nicole Zammit