Sefora Aquilina ftit ilu xerrdet ritratt meħud waqt il-magħmudija ta' bintha Giulia Rose, li twieldet proprju fi Frar li għadda. Sefora kitbet dwar il-familjari tagħha u tal-imħabba ta' ħajjitha David, fejn uriet kemm hi kuntenta bihom ilkoll.

"Tiegħu, tiegħi, u tagħna. Illum nifhem kemm hu minnu li mhux id-demm biss jagħmlek familja. L-imħabba, ir-rispett, il-maħfra, dawn huma l-valuri li jsawwru familja. Perfetti m’aħniex, imma aħna perfetti għal xulxin. Mulej ħudilna ħsiebhom għax għeżeż minnhom m’għandniex."

Awguri Giulia Rose għall-Magħmudija!

Facebook/ Sefora Aquilina


Gwida.mt