Iż-żeffien lokali Christian Scerri minn Southville Dancers, kiteb messaġġ sabiħ u mill-qalb lill-għażiż ħuh, Mark, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Xerred anke ritratt mal-familja għall-okkażjoni.

Mark Scerri 1

Ritratt: Facebook/ Mark Scerri

"Awguri f'għeluq sninu lil ħija ż-żgħir… veru m'għadux daqshekk żgħir, imma xorta jibqa' sena iżgħar minni... Gawdi l-ġurnata tiegħek, Ħi! Inħobbok u kburi bik," kiteb Christian. Lil Mark nafuh ukoll bħala żeffien u anke kollezzjonist u artist speċjalment ta' statwi u figuri relatati ma' MARVEL.

Mark Scerri 2

Ritratt: Facebook/ Mark Scerri

F'isem it-tim ta' Gwida.mt ngħidu Awguri mill-qalb lil Mark!


Kyle Zarb