Il-paġna Maltese Islands Weather kitbet aġġornament dwar dak li hu mistenni fl-aħħar jiem tax-xahar ta' April. Hekk kif ninsabu ftit 'il bogħod mit-tmiem tar-raba' xahar tas-sena, qed jintqal li ser ikollna bidla fit-temp.

"April se jintemm fuq nota nstabbli, b'sema msaħħab u l-possibilita' ta' ħalbiet iżolati tax-xita possibilment bir-ragħad, partikolarment tard it-Tnejn 28/4 u kmieni t-Tlieta 29/4. Mejju, imbagħad, se jibda fuq nota sajfija. Firxa ta' pressjoni għolja se tiżviluppa u tespandi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran b'sema xemxi, temperaturi ta' 25°C + (iqarrbu t-30°C f'xi jiem) u riħ ġeneralment ħafif. Dan mistenni li jkopri minn tal-anqas l-ewwel għaxart ijiem tax-xahar."

Il-paġna qasmet anke grafika dwar dan.


Kyle Zarb