Il-paġna Maltese Islands Weather ippubblikat avviż għall-pubbliku rigward l-aħħar aġġornamenti tat-temp madwar il-gżejjer Maltin. Instabbiltà li mistennija toriġina fiż-żona tat-Tuneżija u l-Alġerija ser toħloq maltemp qalil skont il-paġna.

"Din se tolqot iż-żewġ pajjiżi b'maltemp qalil. Il-Gżejjer Maltin se jkunu affetwati biss bit-tarf ta' din ir-roqgħa nstabbli. Fil-każ tagħna nistennew taqliba fit-temp tipika għal dan iż-żmien tas-sena b'sema msaħħab, riħ moderat għal qawwi (il-biċċa l-kbira mill-Grigal) u l-possibilità ta' ħalbiet tax-xita f'xi jiem."

Jidher li hemm ċans li jonqsu t-temperaturi. Il-paġna tavża kontra attivitajiet li huma relatati mal-baħar, minħabba li minn kmieni nhar l-Erbgħa li ġej, 10 ta' April, għandna nistennew taqliba fit-temp.

Lesti għat-tibdil li jmiss?


Kyle Zarb