Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tlaqqagħna ma' diversi persuni bi stejjer personali li meta jaqsmuhom ma' ħaddieħor, kapaċi jkunu ta' tagħlima, ta' ispirazzjoni jew jgħaddu messaġġ.

Fosthom kienet Antonella Rogers Silvio li waqt Kuxjenza kienet qasmet l-esperjenza tagħha, fil-ġlieda kontra l-kanċer. Fuq il-profil tagħha Maria xtaqet tkompli turi l-appoġġ tagħha lejn Antonella billi tawguralha għal vjaġġ ġdid li ser tkun qiegħda tibda.

"Nawgura minn qalbi lil  Antonella Rogers Silvio li se tibda vjaġġ ġdid barra minn pajjiżna. Il-Mulej miegħek ħabiba." Fil-kummenti kienu ħafna li kkummentawlha, awgurawlha u anke huma wrew l-appoġġ.

It-tim ta' Gwida.mt jawguralek Antonella! Ibqa' dik il-persuna soda!


Kyle Zarb