Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar aktar kmieni llum li “se tkun qed tiżdied korsija kontinwa tul it-triq kollha mir-roundabout tal-Armier fid-direzzjoni lejn it-terminal taċ-Ċirkewwa”. Dan il-proġett infrastrutturali ġdid se jitlesta sa qabel is-sajf li ġej, u l-għan tiegħu se jkun li min se jkun qed jaqsam il-fliegu jasal sat-terminal aktar malajr, minħabba li jitnaqqas it-traffiku. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €7 miljun, u se jsir fuq firxa ta’ żewġ kilometri u nofs, bl-ewwel interventi se jibdew fuq it-triq mir-roundabout tal-Marfa fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa. Din aħbar li żgur se jieħdu gost biha dawk li jiffrekwentaw ħafna din it-triq, jew li jitilgħu ta’ spiss Għawdex, jew li jinżlu Malta.


Nicole Zammit