Ilbieraħ, 26 ta' Frar 2024 kien l-ewwel anniversarju mill-mument li l-kollega u ħabiba ta' ħafna Dr Pauline Dimech ħalliet din id-dinja. Lil Dr Pauline ħafna u ħafna studenti jifrakruha bħala l-għalliema tagħhom.

Għal bosta snin Dr Dimech għallmet ir-Reliġjon u l-Ingliż fl-iskola Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum umbagħad Giovanni Curmi Higher Secondary School in-Naxxar. Matul il-karriera tagħha hi għallmet ukoll l-Università u saħansitra gradwat b’dottorat mill-Università ta’ Durham.

Fit-8 ta' Marzu, l-Fakultà tat-Teoloġija u l-Fakultà tal-Edukazzjoni se jfakkru u jiċċelebraw il-ħajja tagħha. Huma jistiednu lill-pubbliku, speċjalment dawk li jafu lil Pauline, biex jingħaqdu magħhom.

Huma jappellaw, "Napprezzaw jekk tgħaddu dan il-messaġġ lil dawk li kienu jafu lil Pauline, speċjalment ħbieb, kollegi u studenti tagħha." 


Kyle Zarb