Għada t-Tnejn. 21 ta’ Novembru se jkun hemm xi qtugħ tad-dawl f’żewġ lokalitajiet Għawdxin. Xi partijiet mix-Xewkija u n-Nadur jistgħu jesperjenzaw interruzzjoni tal-elettriku minħabba xogħol ta’ manutenzjoni li qed isir mill-Enemalta fuq il-grid tal-elettriku f’Għawdex.

In-Nadur mistenni jkun hemm qtugħ ta’ dawl bejn it-8:30 u d-9:30 ta’ filgħodu f’dawn it-toroq: Triq San Ġużepp, Triq San Kurunatu, Triq ta’ Ħida, Triq tal-Ħanaq, Triq tax-Xini, Trejqet il-Qorti tal-Uqija, Triq tad-Duru, Triq ta’ Majża, Triq ir-Ramla l-Ħamra, Triq Wied Binġemma u Triq taż-Żrajk.

Fix-Xewkija fl-istess ħin se jkun hemm qtugħ f’Triq San Leonardo, Triq taċ-Ċnus, iż-żona Silver Jubilee Ground, iż-żona tar-Rummiena, Triq Majmuna, Triq Sant’ Eliżabetta, Trejqa tal-Barrieri, Triq il-Madonna tar-Rummiena, Triq l-Indipendenza, Triq l-Imġarr, Triq ta’ Ħamet u Triq Jean De La Valette.

Ix-Xewkija se jkun hemm qtugħ bejn it-8:30 u s-2:30 fi Triq Kav. Lorenzo Zammit Haber u Triq Sant Elija.


Bernard Xuereb