Raġel li ntlemaħ kemm-il darba jqassam il-flus lin-nies f'diversi nħawi madwar Malta stqarr li ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jaffaċja abbuż mill-pubbliku fejn saħansitra kien hemm min li beżaqli f'wiċċu.
"Nifhem li meta wieħed jesponi ruħu fix-xena pubblika għandu jkun lest għall-kritika, imma issa nqabeż kull limitu," stqarr ir-raġel b'diżappunt fejn saħaq li l-unika skop tiegħu huwa li jikkuntenta kemm jista' nies.
Fost oħrajn jidher li anke kien hemm min kisser il-bagalja li dan ir-raġel dejjem iġorr miegħu u li fiha jkollu l-flus li jkun qed iqassam.
Bosta kienu dawk li wrew solidarjetà miegħu u ħeġġewh sabiex ikompli bil-ġenerożità tiegħu.
Ritratti: Instagram / The Briefcase Man