Wara li ċerti nħawi f'Għawdex intlaqtu minn maltempata qawwija, issa jidher li l-jiem li ġejjin se jkunu ddominati minn sħana qawwija fejn f'ċerti waqtiet it-temperaturi mistennija jinħassu daqs 31°C.
Dan skont aġġornament li ħareġ is-sit Maltese Islands Weather li jindika li fi tmiem din il-ġimgħa kif ukoll fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla għandna nistennew temp sħun u xemxi.
Minkejja li għandna nistennew żieda fit-temp sħun, madankollu jidher li m'għandnix nistennew xi mewġa tas-sħana, skont is-sit Malta Weather li semma wkoll li fis-sajf li ġej "se jkollna iżjed sħana mis-soltu".
Intom tippreferuh dan it-temp?
Ritratti: World Beach Guide