Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, The Malta Police Force talbu l-għajnuna lill-pubbliku ġenerali rigward persuna li riċentament ġiet irrapurtata nieqsa. Huma qalu, “Roy-Antonius Galea, raġel ta’ 28 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. L-aħħar li deher f’San Ġwann kien liebes jeans blu u flokk ta’ kulur aħmar.”

Kompleq billi żiedu jgħidu, “kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”

Filwaqt li nħeġġu lill kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-pulizija, nittamaw li din il-persuna tinstab u jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid.

Facebook/The Malta Police Force


Charlton Cefai