Bosta qed jawguraw lill-attriċi veterana Eileen Micallef li llum tiċċelebra l-anniversarju tagħha flimkien ma' żewġha Paul.

Il-koppja llum jagħlqu 57 sena miżżewġin.

Eileen għandha karriera mill-itwal fix-xena lokali tal-ispettaklu. Ħadet sehem f'diversi produzzjonijiet fosthm L-Avukat Gawdenz Bilocca, Qegħdin Sew u matul dawn l-aħħar snin rajniha wkoll fis-serje L-Għarusa.

Awguri lill-koppja Eileen u Paul!

Ritratti: Facebook / Eileen Micallef


Cristian Tonna