L-Isle of MTV huwa kunċert li kull sajf ikunu qed jistennewh bi ħġarhom tant Maltin u Għawdxin. Kunċert li jimla' l-Fosos tal-Furjana b'spettaklu, ċelebrazzjoni, kuluri, kant, mużika, u brijju.

Din is-sena l-Isle of MTV 2024 ser ikun qed iseħħ fis-16 ta' Lulju li ġej. L-ewwel żewġ artisti internazzjonali li tħabbru huma Raye u DJ Snake, li żgur li smajna dwarhom f'diversi kanzunetti oriġinali u kollaborazzjonijiet li kellhom.

Kanzunetti ta' Raye li għamlu ħoss huma fost l-oħrajn Escapism. Xi xogħol li baqa' jissemma' ta' DJ Snake jinkludi Lean On u Taki Taki.


Kyle Zarb