Pauline Spiteri Bugeja tfakkar lill-għażiża ommha li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem meta hi kienet għadha tifla. Memorja żgur ta' qsiem il-qalb għall-attriċi lokali. Memorja li qasmet fuq Facebook jumejn ilu.

Hi taqsam xi ritratt u tikteb, "52 sena ilu… Qisu lbieraħ, kont ma niflaħx fis-sodda u kelli 9 snin. Ma stajtx nifhem għaliex dak il-biki kollu madwari, ma stajtx nifhem kif kulħadd beda jgħidli li ommi saret anġlu, marret fejn il-Nambin, u li mhux ser naraha iżjed… Domt ma fhimt!"

Hi tkompli, "Imma meta tifhem li telqitek ommok darb’ għal dejjem, l-ebda mewt ma tibqa' tieħu bi kbira, mhux għax trid int, imma għax dik il-ġerħa li ġġarrab, diffiċli jkollok oħra tnixxi, u fonda daqsha f’għomrok kollu. Strieħ fis-sliem ma, ma' missieri, ma' oħti, u familjari oħra kollha."

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja


Emil Calleja Bayliss