Fuq il-paġna Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa, ġie ppubblikat appell għal Ronnie, kelb sbejjaħ li jinsab mingħajr ħuh Reggie. Qed iħoss in-nuqqas tiegħu hekk kif familja għażlet li tadottah.

"Qattajt l-ewwel snin tiegħu ma' ħija... mar biex jgħix ħajja kuntenta ma' familja ġdida," jgħid il-messaġġ f'isem Ronnie. Ix-xelter qed jaħdem ħafna biex isib dar u familja ġdida fejn Ronnie iħossu sigur u maħbub mill-ġdid.

L-appell għalina hu l inxerrdu l-istorja ta' Ronnie forsi jinstab minn min jagħżel li jkun il-familja ġdida għalih. Ejjew ngħinuh!


Kyle Zarb