Nhar il-Ħadd li ġej, 5 ta' Mejju, se jittella' avveniment ta' sports b'risq it-trattament u t-terapija ta' Kate Ferriggi; tifla ta' 5 snin li għandha l-kundizzjoni rari tat-Tatton Brown Rahman Syndrome.

L-attività tibda mid-9 ta' filgħodu sal-5 ta' flgħaxija u se jkun fiha minn kollox; logħob sportiv, kant, DJs u divertiment għall-familja kollha. 

Billi tixtri biljett, mhux biss tkun qed tikseb aċċess għal ġurnata mimlija attivitajiet iżda wkoll tappoġġja l-vjaġġ ta' Kate lejn iktar saħħa u indipendenza aħjar, u iktar riċerka dwar il-kundizzjoni tagħha. Żur il-paġna Sports4Kate għal iktar dettalji.


Marija Bellia