Sal-aħħar ta' Mejju mistennija tidħol leġiżlazzjoni ġdida li tirregola l-pet groomers, breeders, walkers u boarding. Dan ħabbritu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said.

Bugeja Said tkellmet ma' Times of Malta sitt xhur wara li saret konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni; minnha saru numru ta’ sottomissjonijiet u l-abbozzi konklużi dalwaqt se jitpoġġew fil-kabinett

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissarju għall-Benessri tal-Annimali Alison Bezzina ikkritikat id-dewmien fl-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda u qalet li dan jista' jwassal għal periklu fuq il-ħajja ta' annimali vulnerabbli. 

Bħalissa fil-kennels tal-Animal Welfare fil-Marsa hemm madwar 90 kelb. Il-voucher ta’ €70 mhux biss jinkoraġġixxi adozzjoni responsabbli iżda jħeġġeġ ukoll lis-sidien biex jibnu relazzjoni ma’ veterinarju, qal id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Joseph John Vella.


Marija Bellia