L-app popolari tat-taxis Bolt qed tniedi servizz ġdid li bih min juża l-app se jkun jista' jagħżel li s-sewwieq ikun jitkellem bil-Malti. Ir-reazzjonijiet u l-kummenti tal-pubbliku għal din l-aħbar kienu diversi. 

Is-servizz, li se jkun jismu "Rikba", tħabbar permezz ta' messaġġ li ntbagħat fuq Whatsapp lil dawk li jużaw l-app tal-Bolt. 

Ħafna raw din l-idea bħala inizjattiva tajba ħafna, imma oħrajn qed jaħsbu li x'aktarx biex tinqeda ddum iktar tistenna jew inkella wieħed ikollu jħallas iktar. Hemm min qal ukoll li din hija inizjattiva li turi diskriminazzjoni lejn is-sewwieqa barranin.

Intom x'taħsbu? 

Facebook / Are You Being Served? - Lincoln Agius


Marija Bellia