Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Jeanesse Abela kitbet dwar il-mod ta’ kif hi tħares lejn il-ħajja u kif tagħmel kuraġġ biex tkompli għaddejja.

Hi spjegat, “Qatt ma ħarist lura f’ħajti u għedt x’għamilt b’idejja, anzi dejjem ħarist ‘il quddiem u nipprova affarijiet ġodda anke meta n-nies qauli le ma tistax, xorta għamilthom.”

Din il-perspettiva lejn il-ħajja għandha tkun ta’ ispirazzjoni għal kull persuna. Minkejja li se nsibu min jipprova jaqtalna qalbna fil-ħajja, dejjem għandna nippruvaw l-affarijiet ġodda minflok inħarsu ‘l quddiem għaliex il-passat ma jistax jinbidel imma l-futur għadu jrid jinkiteb.

Nirringrazzjaw lil Jeanesse ta’ dawn il-kelmtejn ta’ ispirazzjoni. Kemm hu sabiħ li nħarsu lejn il-ħajja b’dan il-mod!

Facebook / Jeanesse Abela


Gabriella Borg